Jannar li għadda kien l-iktar wieħed li ra xita mill-2011 ’l hawn

    Jannar li għadda kien l-iktar wieħed li ra xita mill-2011 ’l hawn, hekk kif matul l-ewwel xahar tas- sena 2019 tkejlu total ta’ 99.8mm ta’ xita. Iktar minn 12% ta’ dan l-ammont ta’ xita niz?el fit-tieni g?imgħa, meta l-Gz?ejjer Maltin inħaslu bi 12.6mm ta’ xita fid-disa’ jum tax-xahar. 

    Għalkemm f’dan iz?-z?mien tas-sena g?eneralment ma nistennewx iktar minn tliet maltempati bir- ragħad tul ix-xahar, din is-sena Malta triegħdet b’sitt maltempati bir-ragħad matul Jannar. Ħamsa minn dawn il-maltempati g?ew osservati bejn id-19 u t-28 tax-xahar. Erba’ ħalbiet ta’ xita bis-silg?, id- doppju tan-norma klimatika, ukoll g?ew osservati matul Jannar, darbtejn lejn il-bidu u darbtejn lejn l- aħħar tax-xahar. 

    Minkejja l-maltemp li laqat lill-pajjiz?, il-kopertura tas-sħab medja għax-xahar kienet ta’ 4 oktas, li hija kemxejn inqas min-norma klimatika. B’hekk, il-Gz?ejjer setgħu jgawdu medja ta’ 5.6 sigħat ta’ xemx tisreg? kuljum. Jannar beda s-sena fuq nota xemxija hekk kif dawwal is-smewwiet b’total ta’ 174.5 sigħat ta’ xemx. Madakollu, ix-xahar li għadda ma ħelisniex mill-kesħa xxoqq il-għadam li hu magħruf għalih, hekk kif it-temperatura medja tal-arja niz?let għal 11.6 ?C. 

    Fil-fatt, Malta ma z?gic?c?atx l-influss ta’ massa ta’ arja Polari li sabet ruħha fl-Ewropa Kontinentali matul l-ewwel g?imgħa tax-xahar. Ħarsa lejn ix-xejriet tat-temp turina li l-ewwel nofs ta’ Jannar kien iktar kiesaħ mit-tieni. L-inqas temperatura tal-arja li g?iet irreg?istrata kienet dik ta’ 4.1°C fil-5 ta’ Jannar, filwaqt li t-temperatura minima tal-ħaxix niz?let għal 0.1°C jumejn wara. 

    F’nofs ix-xahar, it-temperaturi tal-arja bdew jogħlew bil-mod il-mod, sakemm laħqu massimu ta’ 17.8°C fit-18 ta’ Jannar. Il-medja tal-ogħla temperaturi tax-xahar kienet grad iktar kiesħa min-norma ta’ 15.6°C. Il-medja tal-iktar temperaturi baxxi ukoll kienet ikseħ min-norma klimatika ta’ 9.9°C, hekk 

    kif niz?let għal 8.8°C. B’kuntrast mat-temperaturi tal-ajru li baqgħu jiksħu, it-temperatura medja tal- baħar għoliet b’0.3 ?C biex laħqet 16.1 ?C. 

    Jannar mhux biss kien iktar kiesaħ milli mistenni, imma kien iktar mirjieħ ukoll. B’medja ta’ 10.7 knots, il-veloc?ità tar-riħ għax-xahar li għadda kienet 1.5 knots ogħla min-norma klimatika.