Infermieri fir-Renju Unit isejħu biex il-prostituzzjoni ma tkunx reat kriminali

    Infermieri fir-Renju Unit qed isejħu biex il-prostituzzjoni f’dak il-pajjiż ma tibqax aktar reat kriminali.  Huma qegħdin jargumentaw li jekk isir dan, se jkun hemm aktar ċans li l-prostituti imorru jaċċessaw is-servizz ta’ kura għas-saħħa u jagħmlu viżiti biex ikunu żguri li huma ħielsa minn mard infettiv.

    Qalu ukoll li jekk titneħħa minn reat kriminali se jkun aktar faċl li l-prostituti jirappurtaw lil min ikun vjolenti magħhom.

    Din il-proposta qajmet diskussjoni fejn hemm min qed jgħid li din se twassal għal burdell f’żoni li fihom jgħixu l-familja.  Ma naqsux oħrajn li argumentaw li l-prostituzzjoni mhix reat kriminali fi New Zealand  u taħt ċertu ċirkostanzi hi hekk fil-Ġermanja u l-Olanda.