Titħabbar il-mewt tal-leġġendarju Gordon Banks

    Il-football in ġenerali, b’mod speċjali dak Ingliż, jinsab f’luttu meta tħabbret il-mew tal-goalkeeper leġġendarju, Gordon Banks, fl-etá ta’ 81 sena, wara marda terminali.

    Huwa kien jifforma parti mit-team Ingliż li rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-1966 fejn huwa meqjus ukoll bħala wieħed mill-aqwa goalkeepers fil-kampjonat Ingliż.

    Fil-karriera tiegħu, Banks lagħab ma’ Chesterfied fl-1958-59 (fit-Tielet Diviżjoni) u Leicester City (1959-67) u Stoke City (1966-1973) fl-Ewwel Diviżjoni.

    Imbagħad mar jilgħab fil-Kampjonat Amerikan ma’ Cleveland Stokers (1967) u Fort Lauderale Strikers (1977-78) biex imbagħad irtira mal-klabb Irlandiż ta’ St Patrick Athletic (1978)