Investigata d-Direttur tad-Dipartiment tas-Sajd

    Id-Direttur tad-Dipartiment tas-Sajd Andreina Fenech Farrugia ġiet sospiża mill-kariga wara rapporti li talbet ħlas mingħand waħda mill-ikbar kumpaniji tat-tonn fi Spanja.

    Fenech Farrugia ġiet sospiża wara li fi Spanja ġew ippubblikati traskrizzjonijiet ta’ telefonati li saru bejnha u bejn Josè Fuentes Garcìa, li jmexxi l-Grupp Fuentes. 

    Skont dawn id-dokumenti hija talbet ħlas sabiex tgħinhom idaħħlu tonn fis-suq mhux dikjarat skont il-kwoti stabbiliti.