Jesmond Zerafa l-coach il-ġdid ta’ Gzira United

    Jesmond Zerafa huwa l-coach il-ġdid ta’ Gzira United wara li Darren Abdilla ssottometta r-riżenja tiegħu. Għad mhux magħruf x’wassal għar-riżenja ta’ Abdilla iżda din waslet wara t-telfa ta’ 1-0 kontra Hibernians biex il-Maroons sofrew l-ewwel telfa tal-istaġun.

    Zerafa, li kien id-direttur sportiv tal-club, żgur li m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fil-football Malti hekk kif rebaħ kull unur kemm bħala player kif ukoll bħala coach.

    Għaldaqstant huwa se jieħu miegħu esperjenza vasta meta fl-ogħla diviżjoni kkowċja lil Qormi, Valletta, Balzan, Naxxar Lions u Tarxien Rainbows.