Il-Papa Franġisku b’offerta ta’ madwar €900,000 jekk jaqleb vegan fi żmien ir-randan

    Jane Land ta’ 37 sena u MatthewGlover ta; 46 sena, iż-żewġ fundaturi tal-moviment Vegan li l-Papa ntgħażel minħabba l-influwenza tiegħu fuq il-poplu.

    L-għan ta’ din il-kampanja mħabbra mill-moviment huwa li aktar persuni jitħajjru jieklu anqas laħam u prodotti li ġejjin mill-ħalib.

    Il-Papa Franġisku huwa stmat li għandu f’idejh it-tmexxija ta’ madwar 1.2 biljun Kattoliku rċieva l-ittra ta’ din l-offerta sabiex jirrifjuta milli jikkonsma dawn il-prodotti għal żmien ir-randan.

    Il-ħsieb tal-moviment huwa li aktar persuni jsegwu l-passi tal-Papa Franġisku u skont il-kalkoli tagħhom, jekk il-Kattoliċi jipparteċipaw ikunu qegħdin jgħinu daqslikieku l-Filippini ma jarmuxdijossidu tal-karbonju għal sena sħiħa.

    Il-Vatikan għad jirrispondi għal din il-proposta u skont l-istess moviment, jekk kemm il-darba l-Papa jaċċetta, hemm kont bankarju lest biex ikun trasferit f’karità.

    Din iċ-ċifra ngħatat b’donazzjoni mill-Fondazzjoni ‘Blue Horizon International’ li tinvesti f’kumpaniji li jipproduċu prodotti tal-ikel li ġejjin mill-pjanti u li l-għan tagħha hu li tħaffef il-proċess biex il-bniedem jelimina l-annimali mid-dieta tal-bniedem.