Snooker: Judd Trump jirbaħ l-1-0 titlu tiegħu

    Judd Trump rebaħ l-10 titlu ranking tal-karriera tiegħu meta rebaħ il-Coral World Grand Prix f’Cheltenham, billi fil-finali għeleb lil Ali Carter 10-6.

    Ir-rebħa tal-Ħadd fil-għaxija, li ratu jirbaħ il-premju ta’ £100,000, bla dubju jeleva dan l-istaġun bħala l-aqwa wieħed li kellu Trump fil-World Snooker Tour. Huwa issa akkumula fuq il-£500,000 fi premjijiet ta’ flus għall-ewwel darba fl-istess staġun kif ukoll rebaħ tliet titli maġġuri għall-ewwel darba, wara li diġá kien rebaħ in-Northern Ireland Open u l-Masters ix-xahar li għadda.

    Issa Trump qed jillidja l-lista ta’ sena tar-rebħ ta’ flus u huwa garantit mill-progress tiegħu fil-Coral Players Championship u l-Coral Tour Championship, fejn jikkwalifikaw għalihom l-Aqwa 16 u l-aqwa tmien players rispettivament.

    Carter falla għal ftit li jirbaħ il-ħames tournament ranking, iżda l-premju ta’ runner-up virtwalment jiżguralu l-progress tiegħu għall-Players Championship wara li l-ġimgħa l-oħra bdiha fis-17-il post tal-lista ta’ sena.

    Trump ittimbra l-awtoritá tiegħu fis-ses­sjoni ta’ wara nofs in-nhar li fiha bena vantaġġ ta’ 6-3. Madankollu f’dik ta’ fil-għaxija kien il-Captain li ħareġ l-aħjar bi break ta’ 99 biex rebaħ l-ewwel frame u għamilhom 6-4.

    Imbagħad Trump ħa l-11-il frame għal 7-4 iżda Carter rebaħ tnejn wara xulxun biex sal-mistrieħ l-iskor sar 7-6 b’Carter joħroġ mit-13-il frame meta serqu fuq is-sewda.

    Il-waqfa għall-mistrieħ ħadmet favur Trump li meta rritornaw reġa’ mar żewġ frames minn fuq biċ-champion tal-Masters jagħmel kontribuzzjnijiet ta’ 71, 78 u 54 biex issiġilla t-titlu.

    Il-frames kollha ġew mirbuħa hekk:

    Hjudd Trump v Ali Carter 10-6 – 68-16, 59-73, 9-70, 125-4 (113), 71-2 (63), 72-1, 106-8 (54), 20-95 (88), 132-0 (132), 0-133 (99), 67-37, 0-83 (83),  67-69,  72-13 (71), 78-1 (78), 54-1 (54).