Wara Neymar issa jweġġa’ wkoll Edinson Cavani

    Aħbarijiet mhux daqshekk sbieħ waslu mill-belt kapitali Franċiża Pariġi fejn wara li weġġa’ l-istilla Brażiljana Neymar, issa waslet daqqa ta’ ħarta oħra għal Paris St Germain meta ser ikollu jieqaf minħabba l-istess raġuni l-attakkant Edinson Cavani. Dawn it-tnejn ser jitilfu l-konfront ferm delikat li għandhom il-Pariġini mill-fażi tal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League kontra Manchester United.

    L-iskorer prolifiku Urugwajan weġġa’ fil-konfront ta’ jumejn ilu mil-Ligue 1 Franċiża kontra Bordeaux u huwa stmat li ser idum barra għal madwar erba’ ġimgħat. Huwa weġġa’ f’koxxtu u kellu joħroġ izappap mill-ground.

    Cavani deher ferm diżappuntat minħabba li ser iħalli lil sħabu għal dan il-konfront ferm importanti.