Josip Ilicic: Onorat li Roma qed juru interess fija

    Fi tmiem il-partita li Atalanta lagħbu kontra SPAL, logħba li ġiet mirbuħa bl-iskor minimu ta’ 2-1 mill-Bergamaschi, tkellem l-attakkant Josip Ilicic li deher kuntent wara dawn it-tliet punti. Il-player Sloven sostna li l-ground xejn ma għen sabiex jilagħbu l-partita tipika tagħhom u l-ewwel taqsima xejn ma kienet pożittiva tant li marru minn taħt wara li Andrea Petagna sab ix-xibka għal SPAL.

    Fit-tieni taqsima, l-affarijiet inbidlu u wara li l-istess Ilicic ġab l-iskor indaqs kien fid-79 minuta li Duvan Zapata żamm l-appuntament mal-gowl u ta tliet punti li jiswew mitqlu deheb għall-klassifika tal-Bergamaschi.

    Meta mistoqsi dwar l-interess li qed juru Roma fih, Ilicic kien realistiku meta qal li bħalissa jinsab għal qalbu ma’ Atalanta għalkemm kien kburi li team tal-kalibru tal-Giallorossi jixtiequ jiksbu s-servizzi tiegħu.

    Ilicic għandu 31 sena u ilu sa mill-2017 ma’ Atalanta fejn lagħab 48 partita u skorja 18-il goal.