Daniele Adani: Juve jistgħu jgħaddu mingħajr Paulo Dybala

    L-opinjonista sportiv Taljan Daniele Adani argumenta li Juventus jistgħu jgħaddu mingħajr Paulo Dybala. Dan tal-aħħar lagħab biss l-aħħar seba’ minuti tal-partita li l-Bianconeri rebħu bl-iskor ta’ 3-0 barra minn darhom għand Sassuolo.

    Adani, magħruf ħafna għall-istil xi ftit vivaċi li jikkumenta l-partiti fuq Sky Sport Italia, sostna li b’attakkanti ta’ kwalita’ bħal Cristiano Ronaldo u Mario Mandzukic ftit qed spazju għall-plejer Arġentin. L-ex difensur ta’ Inter sostna li Dybala huwa player ta’ talent kbir u jemmen li jrid jiġġieled sew għal postu tant kemm il-kompetizzjoni fid-dipartiment offensiv hija kbira.