Radja Nainggolan lest li jgħin lil Inter issa li rritorna

    Il-player ta’ nofs il-ground ta' Inter, Radja Nainggolan wiegħed lill-partitarji Neroazzurri li ser jagħmel minn kollox sabiex jilgħab tajjeb u sa ċertu punt jpatti għall-mument li dam wieqaf minħabba li kien imweġġa’.

    Il-player Belġjan ammetta li qatt daqs din id-darba ma dam barra mil-logħob u jinsab xi ftit imħasseb għall-ammont ta’ injuries li ffaċċja dan l-aħħar. Meta kien qed jitkellem dwar l-istil tax-xagħar il-ġdid  li kellu, Nainggolan qal li l-bidla dejjem tajba.

    Huwa temm jgħid li l-partita li għandhom Inter mill-fażi tal-aħħar 32 tal-UEFA Europa League kontra Rapid Vienna hija waħda ferm delikata u l-club għandu jiffoka fuq din il-kompetizzjoni sabiex jipprova jirbħuha.