Luciano Spalletti jrid lil Mauro Icardi jġedded mill-aktar fis

    Minkejja r-rebħa tajba li kisbu Inter fuq Parma bl-iskor ta’ 1-0, il-coach Luciano Spalletti ma serraħx rasu u ried jiċċara l-punt fuq l-attakkant Argentin Mauro Icardi u dwar it-tiġdid tal-kuntratt tieghu.

    Spalletti sostna li dan il-ftehim għandu jiġi ssiġġillat illum qabel għada minħabba li l-player xejn m’hu kwiet mentalment. Dan jista’ jidher anke fil-wirjiet li qed jagħti b’mod partikolari jumejn ilu fejn ftit daħal fl-azzjoni fil-partita kontra d-Ducali.

    Sadanittant it-taħditiet bejn id-direttur sportiv Giuseppe Marotta u l-mara-aġent Wanda Nara għadhom għaddejjin għalkemm s’issa ma ntlahaq l-ebda ftehim. Nara qed titlob iktar flus bid-diriġenti li qed jevalwaw ċerti ċifri mitluba.