Il-klabbs Ingliżi ma jridux jinnegozajw ma’ Mino Raiola

    Id-deċiżjoni tad-difensur ta’ Ajax, Matthijs De Ligt, li jingħaqad mal-aġent ta’ profil għoli, Mino Raiola, tista’ tisfrattalu trasferiment fil-Premier League, meta jidher li l-klabbs Ingliżi mhumiex ħerqana li jinnegozjaw ma’ Raiola. Manchester City, Manchester United, Liverpool, Arsenal, Chelsea u Tottenham, kollha osservaw lill-player internazzjonali Olandiż ta’ 19-il sena.