Liverpool iridu jagħmel bdil bejn Milner u Clarke

    Liverpool jisabu nteressati li jiffirmaw lill-player żagħżugħ ta’ Leeds United, Jack Clarke.

    Dan il-player skorja żewġ goals u rreġistra żewġ assists f’16-il dehra fiċ-Championship s’issa f’dan l-istaġun.

    Il-prestazzjonijiet tal-player ta’ 18-il sena ġibdu interess qawwi minn bosta klabbs madwar l-Ewropa, iżda jidher li Liverpool huma ħerqana li jirbħu t-taqtiegħa għall-firma tiegħu billi se jagħmlu offerta uffiċjali meta terġa’ tinfetaħ it-tieqa tat-transferimenti, fis-sajf li ġej.

    Il-manager tal-klabb ta’ Merseyside, Jurgen Klopp bagħat l-iscouts biex isegwu lil Clarke fl-azzjoni matul dawn l-aħħar ġimgħat.

    Il-manager tar-Reds irid li jsir tpartit bejn l-ex player ta’ Leeds, James Milner, u Clarke u jżidu miegħu somma flus.