Wolves il-favoriti li jiffirmaw lil Joao Felix ta’ Benfica

    Real Madrid, Barcelona, Chelsea, Manchester United u Liverpool, kollha jinsabu interessati fil-midfielder ta’ 19-il sena ta’ Benfica, Joao Felix, iżda l-favoriti li jakkwistawh huma Wolves li diġá għandhom kontinġent Portugiż f’Molineux.

    Min-naħa tiegħu, Felix stqarr li huwa lest li jħalli lil Benfica biex jingħaqad ma’ Juventus għax irid jilgħab mal-idolu tiegħu, Cristiano Ronaldo.

    Mandakollu jidher li Wolves huma l-favoriti li jiffirmaw lill-attakkant, minħabba r-relazzjoni tajba tal-klabb  li għandu mal-aġent  tal-player żagħżugħ, Jorge Mendes.