Kasper Schmeichel irid iħalli lil Leicester City

    L-ex captain ta’ Manchester United, Peter Schmeichel, ħabbar li ibnu, Kasper Schmeichel, ma jinsabx kuntent ma’ Leicester City u jista’ jħalli lill-klabb fl-aħħar tal-istaġun.

    Schmeichel ngħaqad ma’ Leicester mingħand Leeds fl-2011, ulagħab aktar minn 300 partitia għall-klabb. Huwa  kellu wkoll irwol importanti fir-rebħ tat-titlu tal-Premier League fl-2015. 

    Il-kuntratt tal-goalkeeper ta’ 32 sena fil-King Power Stadium jiskadi fis-sajf 2023, iżda missieru ssuġġerixxa li l-internazzjonali Daniż jinsab mdejjaq taħt il-manager Claude Puel.

    Peter Schmeichel qal: "Leicester City huwa klabb tal-football tassew tajjeb. Huma għandhom players tajbin iżda m’għandhomx manager tajjeb li jista’ jikseb l-aħjar u l-massimu mill-players tiegħu."

    Il-foxes jinsabu fit-12-il post fil-Premier League wara t-telfa ta’ 3-1 kontra Tottenham l-Ħadd li għadda.