Inter iwaqqgħu l-interess fuq Mesut Ozil

    Inter m’għadhomx interessati li jiffirmaw lill-midfielder ta’ Arsenal, Mesut Ozil, fis-sajf li ġej.

    Ozil għadu kemm iffirma kuntratt ġdid fit-tul fl-Emirates Stadium, iżda dan il-playmaker tilef post regolari mindu wasal il-manager il-ġdid, Unai Emery.

    Il-Gunners huma ħerqana li jbiegħu lill-internazzjonali Ġermaniż, iżda s-salarju ta’ €400,000 fil-ġimgħa qed ikun ostaklu kbir fl-isforzi tagħhom biex ibiegħu lil dan il-player ta’ 30 sena.

    Inter kienu viċin li jiffirmaw lil Ozil matul ix-xahar li għadda bil-klabb tat-tramuntana ta’ Londrakien lesti li jħallas parti mill-paga ta’ dan il-player.

    Madankollu, jidher li n-Nerazzuri m’għandhomxinteressati li jieħdu lil Ozil f’San Siro.