Il-Prim Ministru ta' Malta jiltaqa' ma' Theresa May

    Aktar kmieni llum wara nofsinhar, il-Prim Ministru ta' Malta, Joseph Muscat, iltaqa' mal-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May. Il-laqgħa saret fl-uffiċċju ta' May ġewwa Londra, fejn kif kien previst, kien diskuss it-tluq tar-Renju Unit minn mal-Unjoni Ewropea. 

    Il-Prim Ministru kien f'Londra matul il-ġurnata biex jiltaqa' ukoll ma' investituri li qed jaraw lil Malta bħala pajjiż ideali għan-negozju tagħhom.