Speċi ta' ġiraffi jidħlu fil-lista tal-annimali f'riskju li jkunu estinti

    Ħafna annimali li ftit li xejn smajna bihom, fl-aħħar snin kienu ddikjarati li uffiċjalment daħlu fil-lista tal-annimali l-aktar f'riskju li jkunu estinti fis-snin li ġejjin. Sfortunatament, il-ġiraffa, annimal partikolari li huwa famuż għas-sbuħija tiegħu, jinsab fil-periklu wkoll. Qed ikun irraportat li żewġ speċi partikolari ta' ġiraffi, speċifikament l-ispeċi Kordafan u n-Nubian waqgħu taħt din il-lista "qerrieda." Dawn iż-żewġ speċi jinsabu l-aktar fl-Eritrea, il-Guinea, il-Burkina Faso, in-Nigeria, il-Malawi, il-Mauritania u s-Senegal. 

    Il-popolazzjoni tal-ġiraffi niżlet b'40% fl-aħħar tlett diċenji. Ir-raġuni prinċipali ta' din il-kawża huwa l-bniedem, dan għaliex qed jeqred l-abitat tal-ġiraffi. L-istudju juri li s-seba' speċi l-oħrajn ta' ġiraffi minkejja li l-popolazzjoni tagħhom baqgħet stabbli xorta qed ikun hemm rapporti li dawn qed ikunu kkaċċjati llegalment.