Joħorġu tarbija mill-ġuf biex jagħmlulha intervent mediku... Reġgħu poġġewha fil-ġuf wara l-intervent

    Fir-Renju Unit, tarbija li kienet għadha fil-ġuf ta' ommha, tneħħiet minnu u saritilha operazzjoni biex titfejjeq mill-kundizzjoni tal-iSpina Bifida. L-aktar ħaġa straordinarja hija li wara l-operazzjoni, it-tarbija ta' 24 ġimgħa, reġgħet tpoġġiet f'ġuf ommha.

    B'din l-operazzjoni, Bethan Simpson, saret waħda mill-ewwel ommijiet li tneħħitilha t-tarbija ta' 24 ġimgħa minn ġufha. Sal-lum il-ġurnata din l-operazzjoni saret biss fil-Belġju.

    L-omm ingħatat deċiżjoni iebsa. "Qaluli biex jew inkompli għaddeja bit-tqala, jew nittermina t-tqala jew nagħmlu din l-operazzjoni. Għażilt li nieħu r-riskju u nagħmel din l-operazzjoni." Bethan hija biss ir-raba' omm fir-Renju Unit li għamlet din it-tip ta' operazzjoni.

    L-Isptar qalu lill-omm li l-operazzjoni kienet waħda ta' suċċess.