Fl-2018 in-nefqa tal-istipendji telgħet għal €25.57 miljun

    Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, qal li fl-2018 in-nefqa tal-istipendji dovuti lill-istudenti telgħet għal €25.57 miljun. Din iċ-ċifra hija t-tielet l-għola spiża matul l-aħħar ħames snin. L-għola spiża kienet iddikjarata fl-2014 bi spiża ta' €27,171,385.41. Wiħed irid jinnota, li fl-2014 kienet is-sena fejn ġiet fi tmiemha is-sistema tal-iSmart Card u minflok il-Gvern ta' somma flus fil-kontijiet bankarji tal-istudenti.  

    Skont l-istess informazzjoni, l-ispiża totali tal-istipendji tul dawn l-aħħar ħames snin ammontat għal madwar €170 miljun. Il-Ministru Bartolo ta' din l-informazzjoni fil-Parlament meta kien mistoqsi mid-Deputat Laburista, il-Whip Byron Camilleri.