Serb jisraq biex imantni lit-tfajla li hija tqila

    Raġel ta' 33 sena mis-Serbja kien ikkundannat xahar ħabs sospiżi għal sena wara li ammetta li seraq minn supermarket fil-Mellieħa.

    Alb Aleksander twaqqaf mill-impjegati tas-supermarket wara li ipprova joħroġ mingħajr ma jħallas.

    Waqt li kien qed jiġi interrogat mill-Pulizija huwa ammetta li ipprova jisraq għax ma kellux xogħol u flus u ried imantni lit-tfajla li hija tqila.

    Mill-istħarriġ tal-Pulizija rriżulta wkoll li huwa ilu Malta għal dawn l-aħħar sentejn u ħadd mill-awtoritajiet ma kien jaf bih.

    Is-Serb tressaq quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras mill-Ispettur Godwin Scerri u għalih dehret l-Avukat Martha Mifsud.