RITRATTI: Jgħannaq lil Cristiano Ronaldo imma jitkeċċa għal ħajtu mill-grawnds tal-futbol!

    Forsi hija l-ħolma ta' bosta li jiltaqgħu ma' plejer tal-kalibru ta' Cristiano Ronaldo. Ħolma li saret realtà, anke jekk imqar għal ftit sekondi għal żagħżugħ li waqt il-logħba bejn Juventus u Sassuolo deher jiġri fid-direzzjoni tal-istilla Portugiż u jaqbeż il-qabża tant assoċjata miegħu.

    Li forsi ma ġiehx f'moħħu kien li kien se jitkeċċa għal għomru mill-grawnds tal-futbol kaġun ta' azzjonitu.