Mara Għawdxija tintlaqat mill-karozza tagħha stess … Issofri ġrieħi gravi f'saqajha

    Mara Għawdxija sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet mill-karozza tagħha stess. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00 a.m. fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar.

    Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija jirriżulta li l-vettura għal xi raġuni mxiet waħedha u laqtet lill-mara li dak il-ħin kienet barra ħdejn il-vettura.

    Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi f’saqajha.