L-Ungerija b'eżenzjoni mit-taxxa tad-dħul u sussidju għal karozza ġdida għal dawk l-ommijiet b'4 itfal jew aktar

    F’tentattiv li żżid r-rata tat-twelid l-Ungerija ħabbret li dawk l-ommijiet b’erbat itfal se jkunu eżetati mit-taxxa tad-dħul u se jkunu qed jirċievu s-somma ta’ £7,000 bil-għan li jkunu jistgħu jixtru karozza ġdida.

    Il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban ħabbar dawn il-miżuri lbieraħ waqt li kien qed jagħmel id-diskors tiegħu annwali lill-istat.

    Orban, li kien elett għat-tielet terminu konsekuttiv f’April li għadda, qal li l-inizjattiva hija intiża biex tassigura s-sopravvivenza tal-Ungerija, fejn żied jgħid li “din hija t-tweġiba tal-Ungerija, u mhux l-immigrazzjoni”.

    Il-benefiċċji jinkludu eżenzjoni tat-tazza għal dejjem lil dawk in-nisa li jwelldu u jieħdu ħsieb mill-inqas erbat itfal. Se jkun qed jingħata wkoll sussidju ta’ £6,821 biex familji bi tlieta jew aktar tfal ikunu jistgħu jixtru vettura b’seba’ seats.