Studju jisħaq li 1.7% tal-impjiegi f'Malta jinsabu f'riskju kaġun ta' Brexit mingħajr ftehim

    Studju mill-Halle Institute for Economic Research qed ibassar li pajjiżna se jkun fost dawk l-aktar pajjiżi li l-aktar se jħossu l-effetti tal-eventwalità ta’ Brexit mingħajr ftehim. Saħansitra l-istudju qed jisħaq li Brexit mingħajr ftehim mal-Unjoni Ewropea jaf iwassal għat-telfien ta’ 1.7% tal-impjiegi.

    Ir-rapport jisħaq ukoll li l-Ġermanja wkoll se tkun qed tiġi effettwata b’mod negattiv minn tali żvilupp, u jaf iwassal biex jintilfu mal-100,000 impjieg fl-eventwalità li l-r-Renju Unit tinħall mis-sħubija tagħha fl-Unjoni Ewropea mingħajt ftehim fis-seħħ.

    L-istudju juri li l-Ġermanja esportat madwar 770,000 vettura lejn ir-Renju unit fl-2017, u madwar 15,000 impjieg fis-settur awtomobilistiku jiddependu fuq il-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi.

    Flimkien ma’ Malta, ir-rapport ipoġġi lill-Irlanda wkoll bħala fost dawk l-aktar pajjiżi li se jkunu qed jintlaqtu, b’madwar 1% tal-ħaddiema Irlandiżi f’riskju li jitilfu xogħolhom. Fl-2017ir-Renju Unit l-esportazzjoni totali tar-Renju Unit lejn l-Irlanda kienet tammonta għal 6.2%, filwaqt li l-esportazzjoni lejn il-Ġermanja kienet tammonta għal 10.4% tal-esportazzjoni totali.