ARA: Fis-sajf titpoġġa l-ewwel flyover fil-proġett tal-Marsa Junction

    F’konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu, il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg saħaq li fis-sajf li ġej se tkun qed titpoġġa f’postha l-ewwel flyover fil-proġett tal-Marsa Junction.

    Tenna li fl-ewwel fażijiet tal-proġett tlestew il-pedamenti li fuqhom se jkunu qed jitpoġġew l-istrutturi tal-proġett. Il-Ministru Borg saħaq li tlestew ukoll mini biex minnhom jingħaddew is-servizzi, bħal telefonija u internet.

    Huwa tenna li m’hemm l-ebda indikazzjoni li l-proġett se jkun qed jesperjenza dewmien, u saħaq li l-proġett – li beda f’Ottubru li għadda – se jkun qed jitlesta fi żmien 120 ġimgħa.