David Beckham se jkollu statwa barra l-istadium ta’ LA Galaxy

    Statwa tal-ex captain tal-Ingilterra, David Beckham, 43 sena, se tiġi mikxufa barra l-ground ta’ LA Galaxy ix-xahar id-dieħel. Huwa lagħab għal sitt snin mat-team tal-Major League Soccer wara li ngħaqad magħhom fl-2007 u rebaħ il-kampjonat darbtejn wara xulxin, fl-2011 u fl-2012.

    L-istatwa, li hija l-ewwel waħda fl-istorja tal-MLS, se tinfetaħ qabel l-ewwel logħba tal-istaġun kontra Chicago Fire fit-2 ta’ Marzu. Illum Beckham huwa ko-sid tal-club Inter Miami li se jidħol fil-kampjonat fl-2020.