Sitt players imsemmijin ma’ Napoli għall-istaġun li ġej

    Hekk kif mistenni jkun hemm eżodu ta’ xi plejers ta’ Napoli matul is-sajf li ġej fejn huma ser jilagħbu ma’ xi team ieħor, id-diriġenti Partenopei qegħdin jaħsbu sabiex isaħħu l-iskwadra b’elementi żgħar iżda li għandhom ċertu kalibru.

    Fil-kurituri ta’ Stadio San Paolo issemmew sitt ismijiet ta’ players ġodda u dawn huma Hirving Lozano, Agustin Almendra, Diego Fornals, Manuel Lazzari u fuq kollox Ciro Immobile.

    L-għan tal-president ta’ Napoli Aurelio de Laurentis hu li jbiddel il-formazzjoni tal-club minħabba li b’din l-iskwadra xorta ma wasalx sabiex jisfida liċ-champions Juventus għar-rebħ tal-kampjonat.. Min-naħa tiegħu, il-kowċ ta’ Napoli Carlo Ancelotti jinsab favorevoli għal din iċ-ċaqliqa għax jixtieq li jibni skwadra aktar żagħżugħa li tibda tieħu l-esperjenza bil-mod.