Lucas Paqueta mistenni jissejjaħ mal-Brażil

    Hekk kif l-akkwist il-ġdid ta’ Milan, Lucas Paqueta, qed jibda jidra l-ambjent tal-futbol Taljan, anke l-wirjiet tiegħu qed jitjiebu  minn ġurnata għall-oħra u dan kollu ma ħarabx l-għajnejn tal-coach tat-team nazzjonali Brażiljan Tite li bagħat osservatur tal-federazzjoni sabiex jara lill-attakkant ta’ 21 sena fl-azzjoni fil-partita tal-lejla li r-Rossoneri ser jilagħbu f’darhom fi Stadio Giuseppe Meazza kontra Cagliari. Ħafna osservaturi Brażiljani qed isostnu li dan il-plejer mingħajr ħafna daqq ta’ trombi wasal sabiex jilgħab football prestiġjuż u issa qed jieħu l-frott tal-paċenzja li ħa.

    S’issa huwa lagħab tliet partiti ma’ Milan iżda għadu qatt ma sab ix-xibka għalkemm il-wirjiet tiegħu kienu ferm inkoraġġanti.

    Qabel ma’ ngħaqad ma’ Milan, Paqueta lagħab tliet snin ma’ Flamengo fejn skorja 11-il gowl f’49 dehra.