David De Gea jinsab viċin li jġedded ma’ Manchester United

    David de Gea jinsabħerqan li jiffirma kuntratt fit-tul ma’ Manchester United, iżda l-goalkeeper jinsab determinat li jkollu salarju ta’ €400,000 fil-ġimgħa.

    Il-goalkeeper internazzjonali Spanjol fadallu 18-il xahar biex jintemmlu l-kuntratt attwali tiegħu u l-United iridu jgħaġġlu l-proċess biex jiġġedded il-kuntratt tiegħu.

    De Gea, li lagħab 346 partiti fil-kompetizzjonijiet kollha, jinsab dispost li jibqa’ mal-United sakemm il-club salarju ta’ €400,000. F’każ li ma jieħux dak li qed jitlob, teżisti possibbiltá kbira li jitlaq mill-club.