Hector Herrera fil-mira ta’ Tottenham Hotspur

    Tottenham huma nteressati fil-player ta’ FC Porto, Hector Herrera.

    Herrera qatta’ l-aħħar ħames snin u nofs mal-ġganti Portugiżi, iżda l-player ta’ 28 sena baqagħlu inqas minn sitt xhur fuq il-kuntratt attwali tieghu.

    Klabbs oħra jistgħu jibdew jiddiskutu miegħu minħabba li fi tmiem l-istaġun ikun player liberu.

    Min-naħa tagħhom, Spurs qed ifittxu li jsibu lis-suċċessur

    għal Mousa Dembele li matul ix-xahar li għadda mar jilgħab fis-Super League Ċiniż.