Arsenal qed jiġru wara difensur ta’ Mainz

    Arsenal huma nteressati fid-difensur ċentrali ta’ Mainz, Jean-Philippe Gbamin.

    Il-Gunners naqsu milli jiffirmaw lill-player ta’ 23 sena’ seba’ xhur ilu meta l-coach Unai Emery wasal fil-klabb.

    Emery ma setax jiffirma lill-internazzjonali tal-Ivory Coast f’Jannar li għadda minħabba nuqqas ta’ fondi, iżda jidher li Arsenal ser jagħmlu minn kollox biex jiffirmaw lid-difensur meta terga’ tinfetaħ it-tieqa tat-trasferimenti fis-sajf li gej.

    Mainz qed jivvalutaw lil Gbamin madwar €45 miljun, u jidher li eks-player ta’ Lens huwa lest li jħalli lill-Opel Arena biex jingħaqad mal-klabb ta’ Londra.

    Fis-sajf li għadda, id-direttur sportiv, Rouven Schroeder żvela li tressqet "offerta straordinarja" għal dan il-player iżda ġiet rifjutata mill-ewwel.