Philippe Coutinho determinat li jżomm postu ma’ Barcelona

    Philippe Coutinho huwa determinat li jiġġieled għalpostu ma’ Barcelona.

    Il-futur ta’ Coutinho fin-Nou Camp jinsab inċert wara biss 13-il xahar li ngħaqad magħhom wara nurmu ta’prestazzjonijiet diżappuntanti ... l-aktar waħda riċenti fid-draw ta’ 1-1 kontra r-rivali tagħhom Real Madrid, l-Erbgħa li għadda.

    Jidher li ċ-champions Spanjoli huma lesti li jibdew jisimgħu offerti għall-midifelder li skorja erba’ goals f’20 dehra f’La Liga dan l-istaġun.

    Madankollu, il-mira ta’ Chelsea u Manchester United

    mhuwiex lest li jħalli n-Nou Camp u ser jiggieled għal aktar football regolari għalkemm huwa stess stqarr li ma jinsabx fil-forma solita tiegħu.

    Coutinho ngħaqad ma’ Barcelona mingħand Liverpool għal €162 miljun, f’Jannar 2017.