Skond Everton, Richarlison jiswa €91 miljun

    Everton qed  jivvalutaw lill-attakkant tagħhom, Richarlison, €91 miljun, minħabba l-bosta interess ta’  bosta klabbs madwar l-Ewropa.

    L-internazzjonali Brażiljan mpressjona għat-Toffees s’issa f’dan l-istaġun hekk kif skorja 11-il dabra fi 28 partita, filwaqt li skorja tliet darbiet għal-pajjiżu fl-ewwel sitt dehriet tiegħu.

    Il-player ta’ 21 sena ngħaqad ma’ Everton mingħand Watford għal €45 miljun fis-sajf li għadda, iżda t-Toffees jemmnu li l-valutazzjoni tiegħu issa rduppjat wara sitt xhur f’Merseyside.

    Chelsea, Paris Saint-Germain, Atletico Madrid u Milan huma kollha interessati fl-eks player ta’ Fluminense, iżda Everton mhumiex lesti li jbiegħuh jekk il-prezz mitlub għalih ma’ jintlaħaqx.