Manchester United interessati f’Ryan Sessegnon

    Manchester United huma lesti li joffru €60 miljun għall-player ta’ Fulham, Ryan Sessegnon.

    Sessegnon kelluirwol importanti biex il-Cottagers rebħu l-promozzjoni għall-Premier League.

    Min-naħa l-oħra, Tottenham kienu kunsidrati bħala l-favoriti biex jiffirmaw lill-midfielder internazzjonali Ingliż ta’ Taħt il-21 sena fis-sajf li għadda iżda Fulham iddeċiedew li jżommuh.

    Ir-Red Devils issa jinsabu nteressati biex iżommu lil Sessegnon jibqa’ jilgħab fl-ogħla diviżjoni hekk kif Fulham mistennija li jġu relegati għaċ-Championship.

    Huma qed isegwu l-progress ta’ dan il-player ta’ 18-il sena hekk kif fadallu wkoll inqas minn 18-il xahar biex jintemmlu l-kuntratt fi Craven Cottage.

    Iżda l-players innifsu qed jistenna lil Liverpool biex jagħmlu offerta hekk kif ħajtu kollha kien partitarju tagħhom.