Kampjonat Premier: Riżultat ta’ draw li ma kkuntenta lil ħadd

    Ritratt: Dominic Borg

    Birkirkara ........... 0

    Floriana............... 0

    Birkirkara u Floriana ħadu punt kull wieħed f’logħba mingħajr goals li ddiżappuntat lil dawk preżenti, b’mod speċjali lill-partitarji ta’ Birkirkara li żgur stennew xi ħaġa aħjar mill-players tagħhom.

    Floriana ddominaw l-ewwel taqsima fejn għamlu kollox minbarra skorjaw, fejn bla dubju spikka l-attakkant tagħhom Lucas Vieira Da Silva għaċ-ċansijiet li falla.

    Infatti kien Vieira li xxut­tja barra wara sitt minuti minn pass ta’ Herrera, waqt li ftit wara ngieb waħdu minn Oyama imma dam jaħsibha biex ippermetta lid-difensuri Karkariżi jtaj­rulu l-ballun u jbiegħdu l-periklu.

    Fis-27 minuta, Herre­ra nġieb waħdu imma ħareġ tajjeb Hogg u nterċetta l-konkluzjoni ta’ l-ex Bir­kirkara, biex l-azzjoni kompliet u Herrera żmarka lil Vieira li xxuttja pjuttost dgħajjef minn pożizzjoni ideali.

    Fil-35 minuta, kienet il-mimduda li ċaħħdet lil Ruiz milli jpoġġi lil Flo­riana fil-vantaġġ minn az-zjoni ta’ free-kick mogħti minn Oyama.

    Qabel intemmet it-taqsima kien Jurgen Pisani li kellu xutt b’saħħtu newtralizzat minn Hogg.

    Għat-tieni taqsima, Bir­kirkara wettqu sostituzzjoni doppja bid-dħul ta’ Thiago Da Souza u Jorge Pereira Da Silva minflok Mau­rizio Vella u Luke Montebello rispettivament.

    It-taqsima kienet waħda aktar bilanċjata imma nieqsa ħafna mill-azzjonijiet bid-difiżi jiddominaw u ftit jagħtu ċans lill-attakkanti avversarji jkunu effettivi.

    Floriana resqu qrib fis-60 minuta permezz ta’ Herrera li peró ġie antiċipat tajjeb minn Hogg.

    Birkirkara wieġbu tliet minuti wara bl-aħjar azzjo­ni tagħhom meta Bezzina kkrossja għan-nofs u Jorge Pereira kellu x-xutt tiegħu salvat f’corner minn Akpan.

    F’azzjoni oħra Karkariża, cross ta’ De Siqueira għad­da tul il-lasti imma ma sab lil ħadd jikkonkludi waqt li xutt ta’ Andelkovic ġie salvat mingħajr wisq diffikultá minn Akpan.

    BIRKIRKARA: 1-Andrew Hogg, 6-Matthew Guillau-mier, 7-Mislav Andelkovic, 8-Maurizio Vella (77-Thiago De Souza 46), 9-Luke Montebello (85-Jorge Pereira da Silva 46), 10-Johann Bezzina (23-Terence Agius 76), 13-Clayton Failla, 14-Eduardo Ferreira, 15-Nikola Vukanac, 22-Cain Attard, 30-Marcelo De Siqueira  - Coach: Mark Buttigieg

    FLORIANA: 12-Inietim Akpan, 6-Enzo Ruiz, 11-Brandon Diego Paiber, 17-Jurgen Pisani, 22-Alexander Cini, 25-Jose Ulises Arias (96-Daniel Agius 88), 26-Arthur Henrique Oyama, 28-Edward Herrera (9-Kristian Keqi 74), 32-Ezequiel Cesani, 91-Emerson Marcellina, 99-Lucas Vieira Da Silva (80-Terence Vella 78)  - Coach: Guido Ugolotti

    REFEREE: Trustin Farrugia Cann

    ASS. REFEREES:Alan Camilleri, Thomas Debono

    RABA’ UFF: Eman Grech

    AMMONITI:M. Vella, N. Vukanac, M. De Siqueira (B)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Brandon Diego Paiber (Floriana)