Kampjonat Premier: Hibernians jirritorna fl-ewwel post flimkien ma’ Valletta

    Ritratt: Dominic Borg

    Hibernians ......... 1

    Gzira United ....... 0

    Hibernians irritornaw fil-quċċata tal-klassifika tal-Kampjonat Premier grazzi għall-goal ta’ Jake Grech li fisser ukoll l-ewwel telfa għal Gzira United wara 16-il logħba.

    Hibernians kienu l-aħjar team matul id-90 minuta u kien jimmeritahom jidħlu jgawdu vantaġġ li seta’ kien anke akbar mill-goal uni­ku li skorjaw fis-37 mi­nu­ta.

    Il-goalkeeper tal-Maroons, Justin Haber, wettaq diversi nterventi f’waqt­hom biex ċaħħad lill-at­takkanti Pawlisti milli jiż­blukkaw ir-rizultat, fosthom darbtejn fuq Marcolino.

    Iżda fis-37 minuta, Haber interċetta cross insidjuż ta’ Mbong biex ħataf ir-rebound JAKE GRECH Ii minn ftit passi bogħod spara l-ballun fix-xibka.

    Immedjatament wara l-goal ta’ Grech, Gzira resqu qrib permezz ta’ xutt ferm perikoluż ta’ Scerri imma l-goalkeeper Jovicic salva b’diffikultá f’corner.

    L-aħħar okkażjoni qabel intemmet it-taqsima waslet għand Marcolino Ii rċieva mingħand Degabriele iż­da x-xutt tiegħu għadda jħak-kek mal-mimduda.

    Fit-tieni taqsima, għal-kemm Gzira kienu mistennija joħorġu aktar determinati biex jiksbu l-goal tad-draw, kienu Hibernians li resqu qrib li jiskorjaw fl-ewwel ħinijiet bi cross-shot ta’ Radojevic jiġi kklerjat b’diffikultá minn Haber.

    Hawnhekk il-coach tal-Maroons, Darren Abdilla, iddeċieda li jwettaq tliet sostituzzjonijiet f’daqqa b’Do-moraud, Zarate Bilbao u Borg jieħdu post Mengolo, Cohen u Muscat rispettivament.

    Minkejja dan peró kienu Hibernians li baqgħu l-aktar effettivi fil-logħob tagħhom bi free-kick ta’ Grech u daqqa ta’ ras ta’ Agius salvati tajjeb minn Haber. Fit-82 minuta kien Kristensen li xxuttja minn barra l-kaxxa izda l-ballun għadda jħakkek mal-mimduda.

    Gżira spiċċaw jilagħbu b’10 players meta fid-90 minuta Barbosa ntwera t-tieni karta safra. Iżda fil-ħin mizjud kien il-goalkeeper Jovicic li ċaħħadhom mill-goal tad-draw meta ntefa’ minn tulu biex dawwar f’corner xutt ta’ Soares.

    HIBERNIANS: 1-Marko Jovicic, 4-Dunstan Vella, 5-Nemanja Radojevic, 6-Marcio Barbosa Da Silveira, 7-Joseph Essien Mbong, 8-Jake Grech (30-David Xuereb 83), 10-Jur-gen Degabriele (2-Timothy Tabone Desira 88), 11-Bjorn Kristensen, 17-Taylon Nicolas Marcolino (19-Marco Sahanek 68), 20-Andrei Agius, 99-Tiago Adan Fonseca  - Coach: Stefano Sanderra

    GZIRA U.: 16-Justin Haber, 6-Nikolai Muscat (26-Sacha Borg 64), 7-Zachary Scerri, 8-Rodolfo Soares Dos Santos, 10-Andrew Cohen (20-David Edison Bilbao Zarate 64), 21-Roderick Briffa, 23-Gianmarco Conti, 29-Justin Junior Mengolo (9-Joseph Domoraud 64), 31-Fernando Barbosa Pereira, 33-Myles Beerman, 99-Haruna Zambuk Garba  - Coach: Darren Abdilla

    REFEREE: Alan Mario Sant

    ASS. REFEREES:Edward Spiteri, Roberto Vella

    RABA’ UFF: Malcolm Spiteri

    SKORERS:J. Grech 37 (H)

    AMMONITI:B. Kristensen, M. Sahanek (H), G. Conti, J. Mengolo, F. Barbosa (G)

    TKEĊĊA:F. Barbosa 90 (GU)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Jake Grech (Hibernians)