Ir-re Tajlandiż jopponi l-kandidatura ta’ oħtu bħala Prim Ministru

    Waqt li l-Prinċipessa Tajlandiża iddikjarat li se tkun qed taħdem biex issir il-Prim Ministru tal-pajjiż, immedjatament qamet kontroversja. Dan għax ħuha li hu r-re tat-Tajlandja ħareġ kontra dawn il-pjani. ll-Prinċipessa trid lit-Tajlandja timxi ‘l quddiem u tista’ tgħid li ħolqot sorpriża fil-pajjiż meta ħabbret li kienet il-kandidat primarju ministerjali għall-partit populist leali lejn l-eks persuna li okkupa dan il-post u li ġie mkeċċi mill-kariga fl-elezzjoni tal-24 ta’ Marzu tas-sena l-oħra.

    Ir-Re li għandu 66 sena qal li l-kandidatura ta’ oħtu m’hijiex xierqa u li tikser il-kostituzzjoni rjali fejn tgħid li membri mill-familja rjali ma jistgħawx jinvolvu ruħhom fil-politika.