Eluf jipprotestaw f'dik li qiegħda titqies bħala l-akbar protesta li qatt saret kontra l-Prim Ministru Sanchez

    L-Oppożizzjoni konservattiva ħarġet in-nies fit-toroq fi protesta f’Madrid kontra l-pjan tal-Gvern tal-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez. Skont il-pjan ta' dan tal-aħħar, għandu jinfetaħ djalogu mas-separatisti tal-Katalonja li jridu l-indipendenza minn Spanja.

    Id-dimostranti ħarġu jxejru l-bnadar tal-pajjiż u mlew kull rokna ta’ Plaza de Colon, f’dik li qed titqies bħala l-akbar protesta li qatt saret kontra l-Prim Ministru Sanchez. Il-Prim Ministru qed jiġi akkużat bit-tradiment għalkemm il-Katalani s’ssa rrifjutaw l-id tal-ħbiberija tal-Gvern.

    Il-protesti saret jumejn biss qabel 12-il mexxej Katalan għandhom jgħaddu ġuri mixlija b’ribelljoni kontra l-istat fl-2017 u użu ħażin ta’ fondi pubbliċi meta organizzaw referendum f'Katolonja favur l-indipendenza.