Iċċelebrata l-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl

    Numru kbir ta’ persuni approfittaw mit-temp sabiħ sabiex imorru sal-Belt Kapitali u jiċċelebraw il-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, liema festa tkun iċċelebrata bil-kbir fil-Parroċċa ta’ San Pawl, il-Belt Valletta.

    Din kienet okkażjoni sabiex tkun imfakkra din il-ġrajja tant għażiża ta’ meta l-akbar appostlu ta’ Kristu sab ruħu fuq ix-xtajtiet tagħna. 

    Il-ġurnata kienet tikkonsisti minn Quddies Pontifikali li bdiet fid-9.00a.m. u ġiet konċelebrata mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Wara sar marċ mill-Banda La Vallette u l-attivitajiet spiċċaw b’purċissjoni filgħaxija.

    Ritratti: Alan Saliba