Tifla ta' 12-il sena tindarab gravi f'inċident fin-Naxxar

    Tifla ndarbet gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-9 a.m kienet involuta f’inċident stradali li seħħ fi Triq Vjal il-21 ta’ Settembru fin-Naxxar.

    Minn stħarriġ illi sar irriżulta li tifla ta’ 12-il sena ntlaqtet minn vettura tat-tip Mitsubishi L200 misjuqa minn raġel ta’ 51 sena residenti l-Mosta.

    Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma lejn l-isptar Mater Dei għall-kura.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.