Tliet persuni arrestati wara li nqabdu bid-droga

    Tliet persuni kienu arrestati wara li nqabdu fil-pussess tad-droga suspettata kokaina.

    Raġel ta’ 43 sena u mara ta’ 40 sena miż-Żejtun  ġew arrestati minn stabbiliment tad-divertiment fiż-Żejtun, filwaqt li żagħżugħ ta’ 21 sena minn Ħaż-Żabbar kien arrestat fl-istess lokalità.

    Ir-raġel instab b’ammont ta’ qratas kontenenti l-imsemmija droga li juri li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.