Il-Prim Ministru jinawgura xogħljiet ta' tisbiħ li saru dan l-aħħar fil-bar taċ-Ċentru Laburista Paola

    Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat il-Ġimgħa filgħaxija nawgura xogħljiet ta' tisbiħ li saru dan l-aħħar fil-bar taċ-Ċentru Laburista Paola fejn dan il-post ġie trasformat mill-ġdid bl-aqwa faċilitajiet u modernizzar kf jixraq bil-għan li dan iċ-Ċentru jkompli jaqdi l-ħtiġijiet tal-membri u l-familjari tagħhom.

    Ix-xogħol qawwi li sar biddel totalment il-ħsieb u tradizzjoni ta' kif sal-lum konna nsibu f'kull każin. Il-maġġoranza tax-xogħol li sar kien qed jiġi nvestit mill-kutrattur li jmexxi l-bar bis-sapport sħiħ tal-Kumitat Lokali PL Paola.

    Fid-diskors inawgurali tiegħu l-Prim Ministru radd ħajr għax-xogħol kbir li sar u qal li dan għandu jirrifletti l-ħidma u l-viżjoni anki fuq bażi ta' Partit għal Malta ta' għada. Il-Prim Ministru enfazziza l-bżonn li ċ-Ċentri tagħna għandhom jibqgħu jaqdu l-ħtiġijiet tal-membri fejn apparti li jsibu svog rikreattiv, iservi biex titwettaq il-ħidma li jkun hemm bzonn biex il-Partit jibqa' qrib u jwassal l-aspirazzjonijiet ta' kull komunita'.

    Tkellem ukoll il-President taċ-Ċentru Stephen Abela fejn qal li dak kollhu li sar huwa grazzi għal dawk kollh ali qabilna ħadmu u mmilitaw f'dan il-Kumitat. Huwa qal li dan il-Bar ġie msemmi Lounge 1924 bi skop li ma ninsew qatt minn fejn bdew, jiġifieri li sena 1924 rat il-ftuħ tat-tielet każin Laburista li kellu l-Partit fejn dak iż-żmien kien kompost bejn Paola/Tarxien.

    Fi tmiem iċ-ċerimonja l-Prim Ministru kixef lapida kommemorttiva u għal din l-okazzjoni attendew bosta Ministri tal-Gvern, Deputati u Kandidati tal-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew u attivisti tal-Partit Laburista fil-Lokal.