Jgħid li Muscat għandu jkompli jsuq lil pajjiżna għax huwa ''bla dubju xufier tajjeb''

    Waqt attività politika fl-Imġarr, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela qal li l-Prim Ministru irnexxielu jġib bidla fil-mentalità fil-Partit Laburista u mill-2013 lil hawn daħħal din il-mentalità fil-poplu Malti u Għawdxi hekk kif irnexxielu jikseb il-fiduċja tiegħu. 

    Huwa rrefera għat-tkabbir ekonomiku fejn sena wara l-oħra pajjiżna qiegħed ikompli jikseb dejjem aktar, bidliet kbar li jinkludu l-kapaċitajiet tan-nisa. Abela fid-diskors tiegħu qabbel lil Joseph Muscat ma’ xufier eżemplari u li ċertament jaf sewwa x’inhu xogħlu.

    Filwaqt li kompla jitkellem dwar ħidma li twettqet minn dan il-gvern u dik li tinsab għaddejja biex inkomplu nsaħħu r-relazzjonijiet ta’ pajjiżna ma’ pajjiżi oħrajn, Abela saħaq li “Aħna nixtiequ li Muscat jibqa’.”