Jaqa' u jitbenġel wara ''lmenti li dejjem waqgħu f'widnejn torox''

    “Mhux biss perikoluża għal kulħadd minn tfal sa anzjani, iżda għidli inti kif se tgħaddi bil-pushchair minn fuq bankini bħal din”. Dan kien l-ilment li għamel persuna li ndarab fi Triq il-Kbira fir-Rabat minħabba li skont hu kliemu biex jirranġaw bankina fl-imsemmija triq waqa’ f’widnejn torox u baqa’ ma sar xejn.

    Ir-raġel li lmenta dwar bankini fi stat diżastruż qal li minkejja li sofra xi tbenġil f’idejh u rkupptejh, fortunatament ma sofra l-ebda ksur.

    Kummenti li segwew ikkundannaw il-Kunsill u sostnew li hemm bżonn li jsir xogħol f’diversi toroq u bankini li ilhom snin twal jiġu rrapurtati mill-istess residenti u li għaldaqstant ilhom ta’ inkonvenjent għall-pubbliku b’mod speċjali persuni b’diżabilità.