Żewġ anzjani jindarbu wara inċident f'San Ġiljan

    Żewġ persuni ndarbu wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-1.30 a.m kienu nvoluti f’inċident li seħħ fi Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan.

    Minn stħarriġ illi sar irrizulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura Ford Fiesta misjuqa minn Rumen ta’ 30 sena residenti l-Belt u oħra tat-tip BMW 520 misjuqa minn raġel ta’ 74 sena residenti Ħ’Attard u li miegħu kellu anzjana ta’ 62 sena residenti l-Marsa u oħra ta’ 86 sena residenti l-Ħamrun.

    Fil-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ nisa lejn l-isptar Mater Dei fejn aktar tard dik ta’ 86 irriżulta li kienet sofriet ġrieħi gravi filwaqt li l-oħra kienet indarbet ħafif.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.