RITRATTI: Jekk tkunu Southport evitaw dan ir-restorant akkost ta' kollox!

    Ir-restorant Taljan “La Vita è Bella” fil-belt ta’ Southport spiċċa biex ġibed l-attenzjoni kollha fuqu … għar-raġunijiet ħżiena!

    Dan wara li f’Diċembru li għadda, uffiċjali taas-sanità għamlu spezzjoni għall-għarrieda u sabu l-kċina tar-restorant fi stat ta’ telqa u ħmieġ liema bħalu.

    Wieħed jistaqsi kemm kien ilu jakkumula dan il-ħmieġ, iżda fil-verità ir-restorant fetaħ il-bibien tiegħu biss xahar qabel, f’Novembru tal-2018!

    Ġara li r-restorant fetaħ minflok wieħed mill-eqdem restoranti tal-belt, bis-sidien ma jagħmlu assolutament xejn biex inaddfu u jtejbu s-sitwazzjoni ta’ telqa li kien jinsab fiha r-restorant preċedenti.

    L-uffiċjali tas-sanità spiċċaw taw stilla waħda biss lill-istabbiliment tal-ikel, bir-rapport jindika li jinħtieġ titjib konsiderevoli. U naħseb dwar dan kulħadd jaqbel!