It-tim ta' Cagliari kważi jitlef l-ajruplan għal-logħba kontra Milan wara li jinżamm fiċ-ċentru sportiv minn raħħala jipprotestaw

    It-tim tal-futbol tas-Seria A, Cagliari, spiċċaw kważi tilfu l-ajruplan li kellu jeħodhom lejn Milan fejn għada kellha tiżvolġi l-logħba kontra t-tim tal-belt, AC Milan.

    Dan wara li nqabdu fiċ-ċentru sportiv tal-klabb f’Assemini kaġun ta’ protesta minn raħħala dwar il-prezz tal-ħalib. Ir-raħħala nġabru mal-gradi taċ-ċentru sportiv fejn talbu li jiltaqgħu mal-plejers.

    Jidher li kellhom jintervjenu l-Pulizija, bid-Direttur Ġenerali ta’ Mario Passetti jirnexxilu jilħaq ftehim mar-raħħala biex iħallu lit-tim jasal fl-ajruport fil-ħin.

    Il-protesta tagħmel parti minn protesta akbar fil-gżira ta’ Sardegnia, b’diversi inċidenti rapportati fejn raħħala remew il-ħalib tagħhom fit-triq. Saħansitra anke mblokkaw toroq prinċipali fit-tentattiv tagħhom li jwasslu l-messaġġ tagħhom.