Aħwa mixlijin li biegħu twapet Persjani foloz

    Żewġt aħwa Brażiljani baqgħu miżmumin taħt arrest wara li kienu mixlijin li iffrodaw eluf ta' ewros lil diversi nies.

    Iż-żewġt aħwa, li għandhom passaport Portugiż, qed jiġu mixlija li biegħu twapet taparsi Persjani meta fil-fatt kienu maħdumin bil-magna.

    Isem iż-żewġ akkużati mhux jixxandar fuq deċiżjoni tal-Maġistrat Francesco Depasquale wara talba mill-Ispetturi Mario Xiberras u Shaun Friggieri li għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom.

    Iż-żewġt aħwa, li għandhom 37 u 32 sena, għandhom jiddefenduhom lill-Avukati Shazoo Ghaznavi u Helen Caruana.